Minn tal-inqas 12 mejta wara sparatura ġo bar fl-Istati Uniti

Is-suspettat instab mejjet fl-istess stabbiliment li fih kien hemm mal-200 persuna

Ritratt | Associated Press
Ritratt | Associated Press

Minn tal-inqas tnax-il persuna nqatlu, inkluż uffiċjal tal-Pulizija, f’bar ta’mużika county f’California.

Kien għall-ħabta tal-11:20pm, ħin Amerikan, meta persuna daħħlet u sparat madwar 30 tir fl-istabbiliment li fih kien hemm madwar 200 persuna.

Skont uffiċjali li tkellmu ma’ midja internazzjonali, is-suspettat, li għadu ma ġiex identifikat, instab mejjet fuq il-post.

Għadu lanqas ma hu magħruf x’wassal biex ir-raġel jidħol jispara f’dan il-bar.

Fost il-persuni mejta, hemm ukoll uffiċjal tal-Pulizija.

More in Kronaka