Sentenza sospiża għal mara li kienet tmexxi burdell fl-Imsida

Il-mara ta' 38 sena kienet tmexxi l-burdell f'ħanut tal-massaġġi

Dalgħodu fil-Qorti, mara ta' 38 sena minn San Pawl il-Baħar weħlet sentejn ħabs sospiżi għall-tliet snin wara li wieġbet ħatja li kienet tmexxi burdell fl-Imsida.

Il-Mara dehret quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, akkużata li għexet minn fuq il-prostituzzjoni, li għamlet burdell fil-post tagħha u li impjegat ċittadini barranin mingħajr permess meħtieġ. Apparti is-sentenza sospiża l-mara weħlet multa ta' €1500.

L-ispettur John Spiteri mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Franco Debono deher għall-mara.

More in Kronaka