Qorti | Tisraq €700 fi flus mogħtija bħala rigal

...il-mara kienet diġa nstabet ħatja ta' serq fl-2016

Mara li kienet mistiedna għal tieġ ingħatat il-libertà kundizzjonata wara li serqet €700 f'rigali fi flus kontanti mill-istess tieġ. Il-mara iżda tat lura l-flus, wara li kienet identifikata bħala l-persuna li serqet il-flus. 

L-akkużata, żgħażugħa ta' 28 sena dehret quddiem il-Maġistrat Monica Vella u kienet akkużata b'serq  f'lukanda f'San Pawl il-Baħar. 

Kienet akkużata wkoll li kissret il-kundizzjonijiet tal-libertà ikkundizzjonata mogħtija lilha fl-2016, fuq akkużi ta' serq ukoll. 

Hija ngħatat piena ta' libertà kkundizzjonat għal tliet snin. 

More in Kronaka