Qorti | Raġel jagħmel ħsara fuq il-bieb ta' barra ta' mara u jispiċċa l-Qorti

...jingħata l-ħelsien mill-arrest iżda jintalab iħallas depożitu u garanzija personali filwaqt li kien ordant ma jersaqx lejn il-vittmi

Raġel mill-Belt Valletta għata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat u nstab ħati illi għamel ħsara fuq il-bieb tad-dar ta' mara. L-akkużat ta' 34 sena, deher quddiem il-Maġistrat Monica Vella dalgħodu u kien akkużat illi m'obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li kisser tieqa fl-għassa tal-Belt Valletta. 

Kien akkużat ukoll illi għamel ħsara lill-bieb ta' barra tal-mara u heddidha bi vjolenza, li kiser il-paċi pubblika u li weġġa b'mod ħafif lir-raġel li jgħix mal-mara. 

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-akkużat għall-ħelsien mill-arrest u talbitu jħallas depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €5,000. Hu kien ordnat ukoll biex ma jersaqx lejn il-vittmi u jiffirma fl-għasa darbtejn fil-ġimgħa. 

 

More in Kronaka