Raġel fil-periklu tal-mewt wara li qala' tiri ta' arma tan-nar

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq San Ġakbu f’Ħad-Dingli

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu qala’ tiri ta’ arma tan-nar f’Ħad-Dingli

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel, li għandu 43 sena kellu argument ma’ raġel ieħor ta’ 53 sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30am fi Triq San Ġakbu f’Ħad-Dingli.

Il-vittma mar minn jheddu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta iżda immedjatament ittieħed Mater Dei.

Ir-raġel ta’ 53 sena ġie arrestat.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka