Aġġornata | Mara tweġġa' gravi wara argument ma' żagħżugħ f'Paceville

Iż-żagħżugħ ġie arrestat iżda weġġa' u hedded ukoll uffiċjali tal-Pulizija

Mara qed issofri ġrieħi gravi wara argument li kellha ma' żagħżugħ Sirjan ta' 24 sena.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-2:45am, fi Triq Santa Rita f'Paceville.

Is-Sirjan inżamm minnufih mill-Pulizija iżda beda jirreżisti lill-uffiċjali tant li weġġa' ħafif kuntistabbli tal-Pulizija u anke hedded membri oħra tal-Korp.

Il-mara, residenti Birkirkara, ittieħdet minnufih Mater Dei.

Intant, aktar tard waranofsinhar, iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Huwa nżamm arrestat kemm minħabba l-akkużi miġjuba kontrih u anke għax ma għandux indirizz fiss.

More in Kronaka