Żagħżugħ ta' 21 sena jsofri ġrieħi gravi wara inċident f'Ħ'Attard

...iż-żagħżugħ kien qed isuq mutur u ħabat ma' karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 73 sena

Illum wara nofsinhar, għall-ħabta tas-1:30 pm il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Daelim misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Mosta, u Alfa Romeo li kienet misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ħ’Attard.  

Ix-xufier tal-mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.  
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.  
 

More in Kronaka