Tipponta jdejha imgeżwra f'xugaman u titlob il-flus

Mara taħrab b'ammot ta' flus kontanti f'Birkirkara kmieni dalgħodu...

Kmieni  dalgħodu  għall-ħabta  tan-00:30 am,  il-Pulizija  ġiet  infurmata  li  kien hemm bżonn l-assistenza ġo stabbiliment fi Triq il-Wied, Birkirkara.

Il-Pulizija  marru  minnufih  fuq  il-post,  fejn  minn  stħarriġ  preliminari  li  sar irriżulta  li mara kienet allegatament daħlet ġo l-istabbiliment, fejn  bdiet tipponta jdejha, li kienet imgeżwra f’xugaman u talbet il-flus lill-kaxxiera, tfajla ta’ 18-il sena.

Il-mara ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.

Ġo l-imsemmi ħanut fil-ħin tas-serqa, kien hemm impjegati oħra  iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċidenti,

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka