Aġġornata | Żewġ anzjani l-isptar wara nirien f'residenza

Ir-residenza tinsab fi Triq il-Kappillan Mifsud

Żewġ anzjani ttieħdu l-isptar wara nirien li ħakmu residenza tagħhom f'Santa Venera.

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq il-Kappillan Mifsud.

Kelliem għall-Pulizija qal mal-illum.com.mt li l-anzjani ttieħdu l-isptar wara li belgħu xi dħaħen.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien f'qasir żmien.

 

More in Kronaka