Qorti | 'Is-soċjetà jistħoqilha protezzjoni minn nies bħalek'

Tliet persuni l-Qorti fuq serq minn magni tal-logħob f’San Pawl il-Baħar

Illum fil-Qorti, raġel kien ikkundannat sentenza ta’ 14-il xahar ħabs wara li nstab ħati ta’ serqa fl-2017 minn lukanda fil-Qawra. Apparti minn hekk ir-raġel flimkien ma raġel ieħor kienu akkużati bl-attentat ta’ serqa separata minn restaurant f'San Pawl il-baħar u li seraq flus kontanti minn lukanda fl-istess lokalità. L-akkużat kien ukoll riċediv b'każi oħra kriminali.

Kien fil-11 ta’ Mejju tas-sena l-oħra meta għall-ħabta tal-11:00 pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa minn ħanut tal-magni tal-logħob f'San Pawl il-Baħar. Ftit ħin wara l-Pulizija arrestat liż-żewġt irġiel fil-fatt.

Intant, ftit ġranet qabel dan il-każ, lukanda oħra fil-viċinanzi kienet ikkuntattjat lill-Pulizija wara li sfat vittma ta’ serq u ħsarat fil-kamra tal-logħob tagħha.Fl-investigazzjoni tagħhom, il-Pulizija elevat il-filmati tal-kameras tas-sigurtà li wrew liż-żewġ akkużati jiftħu l-magni tal-logħob u jieħdu l-flus ta’ ġo fihom u wara jaħarbu minn fuq il-post f’karozza misjuqa minn terza persuna.

Fil-Qorti s-sewwieq ingħata sentenza ta' projbizzjoni filwaqt li t-tfajla tal-akkużat ingħatat il-libertà kondizzjonata.

Il-Maġistrat Joe Mifsud, ma sabx ħati lill-ewwel raġel bis-serqa  ta’ San Pawl il-Baħar, però sabu ħati tas-serqa minn ġewwa l-lukanda. Huwa qal  li kien ċar li, ir-raġel kien il-perċimess wara dawn ir-reati u li “kien irnexxilu jdaħħal kompliċi lit-tfajla u lir-raġel l-ieħor, it-tnejn b’kondotta nadifa.”

Mifsud qal li kkunsidra wkoll ir-ripetizzjoni tar-reati tal-akkużat u l-karattru tiegħu. “Is-soċjetà jistħoqilha protezzjoni minn nies bħalek, li jaħsbu li jistgħu jibqgħu għaddejjin jidħqu bin-nies u l-Qrati. Ma nistgħux nipermettu nies jisirqu u joħolqu allarm fis-soċjetà,” saħaq il-Maġistrat.

 “L-akkużat ma jistax jistenna li l-Qorti tagħlaq għajnejha għal dan il-fattur. Jekk l-akkużat irrid l-għajnuna jeħtieġ li jxxammar il-kmiem, għaliex l-għajnuna mingħajr impenn attiv ma tħallix frott," temm jgħid Mifsud.

L-ispettur Godwin Scerri mexxa l-prosekuzzjoni.

More in Kronaka