Raġel jinstab mejjet ġo bir fin-Naxxar

Ir-raġel instab mejjet fi Triq Santa Luċija n-Naxxar

Raġel ta' 62 sena instab mejjet illum ġo bir li jinsab fir-residenza tiegħu fin-Naxxar.

Huwa nstab għall-ħabta tas-2:00pm fi Triq Santa Luċija.

Fuq il-post issejħu minnufih il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lir-raġel mill-bir iżda kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

 

 

More in Kronaka