Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi wara inċident f'Birżebbuġa

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Għar Dalam f'Birżebbuġa

Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam f'Birżebbuġa.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-7:00am, meta għal xi raġuni, il-mutur, misjuq minn raġel ta' 43 sena, ħabat ma' vettura misjuqa minn raġel ta' 63 sena.

Fuq il-post issejħet minnufih amnbulanza.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-inċident.

Ritratt: Arkivji

More in Kronaka