Ħames għaddasa salvati mill-Forzi Armati f'Għawdex

Wieħed mill-għaddasa kellu jittella' permezz ta' ħelikopter

Ftit tal-minuti ilu, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw ħames għaddasa li kienu jinsabu ftit ‘il barra mill-kosta Għawdxija.

L-għaddasa niżlu jgħoddsu iżda nqabdu fil-maltemp qawwi li qed jolqot il-gżejjer Maltin.

L-ewwel għaddas, ittella’ mill-baħar permezz ta’ ħelikopter.

Żewġ għaddasa oħra ttellgħu minn Wied il-Għasri permezz ta’ Melita 2.

Il-ħamsa li huma ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ħeġġew lill-għaddasa u anke lill-għalliema tagħhom biex ikunu kawti u jassiguraw li ma jpoġġux ħajjithom fil-periklu.

More in Kronaka