Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f'Birkirkara

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq Fleur De Lys 

Anzjana tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret dalgħodu fi Triq Fleur De Lys, f’Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00am, meta l-anzjana ta’ 72 sena ttajret minn raġel ta’ 39 sena.

Fuq il-post issejħet mill-ewwel ambulanza li ħadet lill-anzjana Mater Dei.

L-anzjana kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.N

More in Kronaka