Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar f'Birkirkara

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:15am fi Triq Salvu Psaila

Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq Salvu Psaila f’Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:15am.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-anzjan, li għandu 79 minn Birkirkara stess, intlaqat minn vettura misjuqa minn raġeln ta’ 46 sena u li wkoll huma Karkariż.

L-anzjan ittieħed minnufih Mater Dei.

More in Kronaka