Raġel iweġġa' gravi waqt argument fix-Xagħra

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq it-Tmienja u Għoxrin ta' April 1688

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara ġlieda li kellu ma raġel ieħor ilbieraħ filgħaxija fix-Xagħra.

Il-każ seħħ ftit qabel il-11:00pm, fi Triq it-Tmienja u Għoxrin ta' April 1688.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li qamet ġlieda bejn raġel ta' 45 sena u ieħor ta' 58 sena, it-tnejn residenti x-Xaħra.

Waqt l-argument, ir-raġel ta' 58 sena allegatament ġie aggredit permezz ta' oġġett iebes u sofra xi ġrieħi.

Huwa ttieħħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka