Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Titjira tal-Air Malta tirritorna wara li ntlaqtet minn għadd ta' għasafar

It-titjira kienet għadha kemm ħalliet Malta lejn Heathrow

Yendrick Cioffi / 20 ta' Settembru 2018 11:03
Titjira tal-Air Malta kellha tirritorna Malta ftit tal-ħin wara li ħalliet l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta wara li ntlaqtet minn passa ta' għasafar.

It-titjira KM100, kienet għadha kemm bdiet ir-rotta tagħha lejn Heathrow fis-7:20am, irritornat kif inhi l-proċedura sabiex isiru l-ispezzjonijiet neċċessarji.

Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta qalet li dwar dan il-każ infetħet investigazzjoni interna.

Intant, ilbieraħ tħassru titjiriet tal-Air Malta wara li għadd ta' bdoti ċemplu li ma jifilħux.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook