Tfajla bi ġrieħi gravi wara li ttajret f'San Ġiljan

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier 

Żagħżugħa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret fi Triq Ġorġ Borg Olivier f'San Ġiljan.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li t-tfajla li għandha 21 sena mill-Venezuela, ntlaqtet minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 27 sena mill-Gżira.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka