Jintlemaħ katavru fil-baħar tax-Xemxija

Il-katavru ntlemaħ fiż-żona tal-Veċċja

Ittella' mill-baħar tax-Xemxija katavru li ntlemaħ minn persuni li kienu fiż-żona tal-Veċċja, fi Triq San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li I-katavru ntlemaħ għall-ħabta tal-5.15pm.

Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili li tellgħu l-katavru fuq l-art.

Jidher li l-katavru huwa ta' raġel li għadu mhux identifikat.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali

 

More in Kronaka