Vann jispiċċa f'għalqa wara ħabta fin-Nadur

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Triq ir-Rabat, in-Nadur

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6:45am, fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.

Jidher li l-inċident seħħ meta vettura misjuqa minn raġel ta' 68 sena miż-Żebbuġ ħabtet ma' vann misjuq mnn raġel ta' 43 sena minn San Ġiljan.

Kawża tal-impatt, il-vann spiċċa ġo għalqa.

Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

More in Kronaka