TM twissi kontra l-għawm fil-Ħoffriet f'Delimara hekk kif qed jaqa' l-blat

...twissi wkoll lil dawk b'dgħajjes u bċejjeċ tal-baħar...

Iż-żona fejn għalissa ma jistax isir għawm
Iż-żona fejn għalissa ma jistax isir għawm

Ma jistax isir għawm f’parti mill-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin, fiż-żona magħrufa bħala il-Ħoffriet f’Delimara. Dan ħabbritu Transport Malta dalgħodu hekk kif wissiet ukoll biex dgħajjes u bċejjeċ oħra tal-baħar ukoll iżommu ‘l bogħod minn din iż-żona.  

Fl-aħħar jiem waqa’ ammont ta’ blat mit-Tieqa tal-Ħofriet u hemm il-periklu li jerġá jiġri l-istess.  L-Awtorita’ ħarġet avviż lill-baħħara biex tiddikjara din iż-żona, żona projbita. Transport Malta tappella lill-pubbliku biex iżomm ‘il bogħod mill-kosta viċin din it-Tieqa.
 

More in Kronaka