Aġġornata | It-tifel tat-twelid abbandunat f'Buġibba jingħata isem: Cristiano

Xena xokkanti għall-Pulizija hekk kif fl-aħħar ħin sabu tarbija abbandunata fi Triq il-Pijunieri

Għal ħabta tal-4:30 pm nstab tifel tat-twelid abbandunat fi Triq il-Pijunieri f'Buġibba.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-aħbar mas-sit illum.com.mt u qal li t-tarbija nstabet ħajja, mal-art f'parapett.

Ambulanza kienet fuq il-post biex tieħu t-tarbija Mater Dei għall-kura.

Kif diġa msemmi t-tarbija hija tat-twelid, tant li kienet għadha bil-kurdun imqabbad. It-tifel diġa ingħata l-isem ta' Cristiano, isem li ngħata mill-Maġistrat Joe Mifsud li qed imexxi l-inkjesta Maġisterjali fil-każ.

S'issa ftit li xejn hemm informazzjoni dwar l-omm. 

More in Kronaka