Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Raġel jinstab mejjet ġo kontejner f'Ħal Far

Ir-raġel instab b'diversi ġrieħi f'rasu x'aktarx ikkawżati minn waqgħa

Yendrick Cioffi / 6 ta' Settembru 2018 09:34
Ritratt | Mill-Arkivji
Raġel Libjan ta' 51 sena nstab mejjet kmieni dalgħodu ġo kontejner viċin fabbrika f'Ħal Far.

Mill-ewwel informazzjonin rriżulta li r-raġel instab għall-ħabta tas-6:15am, mixħut mal-art u b'diversi ġrieħi f'rasu.

Jidher li l-ġrieħi kienu kkawżati minn waqgħa.

Ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

L-investigazzjoni tal-pulizija għadhom għaddejin.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook