Il-Pulizija tarresta raġel involut f'serq minn għadd ta' karozzi

...dan wara li l-ġimgħa li għaddiet ressqet il-Qorti żewġ persuni oħra

Il-Pulizija arrestat raġel u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin akkużat b'serq ta' diversi vetturi f'lokalitajiet differenti.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li wara jiem ta' osservazzjoni, irnexxielha tkisser ċirku ta' kriminalità organizzata li kienet tinkludi serq ta' karozzi u tagħmir ieħor minn diversi vetturi.

Il-Pulizija saħqet li b'dan l-arrest u ta' żewġ persuni oħra l-ġimgħa li għaddiet, irnexxielha ssolvi diversi każijiet

More in Kronaka