Tnejn l-isptar wara ġlieda bejn disa' persuni

Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija fil-Marsa

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara ġlieda bejn disa' persuni f'Xatt il-Mollijiet.

Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija meta l-Pulizija kienet infurmata li għadd ta' persuni kienu qed jiġġieldu.

Apparti ż-żewġ persuni li weġġgħu, tlieta oħra marru fiċ-Ċentru tas-Saħħa wara li weġġgħu ħafif.

Il-persuni kollha ġew mitkellma mill-Pulizija

More in Kronaka