Għaxar persuni jinqabdu jilagħbu logħob tal-azzard fil-Belt Valletta

Il-persuni kollha li huma Rumeni se jitressqu l-Qorti

Għaxar persuni ġew arrestati fil-Belt Valletta wara li nqabdu fil-fatt jilagħbu l-logħob tal-azzard.

Il-każ seħħ ilbieraħ meta l-Pulizija ġew infurmati biswit il-Bieb tal-Belt Valletta kien hemm xi persuni li kienu qegħdin jilagħbu l-logħob tal-azzard.

Il-Pulizija sabu żewġ persuni iżda minn tfittxijiet ulterjuri ġew arrestati tmien persuni oħra.

L-arrestati huma kollha Rumeni.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

More in Kronaka