Żejt joħroġ minn kontejner; Tagħmir iżommu milli jidħol fil-Bajja s-Sabiħa

Fi stqarrija maħruġa mill-Malta Freeport Terminals tassigura li ż-żejt ma daħalx fiż-żona riservata għall-għawm

Ritratt tat-tagħmir (oranġjo) meħud is-sena li għaddiet
Ritratt tat-tagħmir (oranġjo) meħud is-sena li għaddiet

Ilbieraħ filgħaxija, il-Malta Freeport Terminals poġġiet tagħmir temporanju fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa bil-għan li żejt li ħareġ minn kontejner ma jinteridx fiż-żona riservata għall-għawm.

Iż-żejt spiċċa fil-baħar meta l-kontejner intlaqat, infetaħ u ż-żejt (crude corn oil) li kien fih, spiċċa fil-baħar.

Minn spezzjoni li saret fuq il-post irriżulta li ż-żejt ma nxteridx fiż-żona tal-għawm iżda ma ttiħdux riskji u tpoġġa tagħmir apposta biex ikun żgurat li ż-żejt ma jidħolx ‘il ġewwa.

It-tagħmir se jibqa’ fil-post sakemm jitneħħa ż-żejt kollu.

More in Kronaka