Ġlieda bil-ħadid, injam u skieken f'Ħal Tarxien

Żagħżugħ ta' 23 sena qed isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li qam ilbieraħ filgħaxija bejn għadd ta’ persuni f’Ħal Tarxien.

Il-ġlieda seħħet fi Triq Bjaġju Galea, għall-ħabta tad-disgħa meta grupp ta’ Sirjani qabdu jagħtu b’armi tal-ħadid, injam u anke skieken.

Dawn is-Sirjani, għandom bejn il-21 u 32 sena.

Waqt l-argument weġġa’ ż-żagħżugħ ta’ 23 sena li ttieħdet immedjatament Mater Dei.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejja.

More in Kronaka