Renzo Piano: 'Lest nagħmel il-parti tiegħi biex jerġa jinbena l-pont ta' Genova'

Il-perit Taljan ta' fama mondjali u kkritikat lokalment minħabba l-binja tal-Parlament, joffri pjan ta' riġenerazzjoni għal Genova...

Renzo Piano
Renzo Piano

L-Perit Taljan ta' fama mondjali u għal xi snin kontroversjali f'pajjiżna minħabba l-proġett tal-bini tal-Parlament Malti, Renzo Piano kien irrappurtat jgħid illi huwa lest li jagħti sehemu biex jerġa jinbena l-pont ta' Genova li waqa' ftit ġimgħat ilu u li ħalla warajh traġedja b'madwar 35 persuna mejta. 

Piano qal illi hu jrid, mhux biss jibni pont imma jixtieq jerġa jagħti l-ħajja liż-żona kollha fejn seħħet din it-traġedja. 

Apparti l-kontroversja lokali dwar il-bini tal-Parlament, isem Piano kien reġa ssemma f'pajjiżna wara li dan tella lill-Grand Harbour Regenration Corporation il-Qorti fuq ħlas b'lura ta' €300,000 fuq l-istess proġett. 

More in Kronaka