Kaos f'Londra wara li jinstabu pakketti suspettużi
Partijiet miż-żona ta' Canary Wharf ingħalqu...imma ma rriżulta xejn
Albert Gauci Cunningham /
28 t'Awwissu 2018 17:20
Canary Wharf inbidlet f'kaos hekk kif ilbieraħ filgħaxija kienet għaddejja investigazzjoni fuq xi pakketti suspettużi li instabu qrib id-daħla tal-istazzjon tas-South Quay DLR. Iktar tard irriżulta li ma kien hemm xejn fil-pakketti.
Partijiet miż-żona kienu magħluqin b'nies maqbudin fl-uffiċċji fejn jaħdmu.
Canary Wharf hija żona b'ħafna bini għoli, ħafna minnu magħmul minn uffiċċini. B'hekk f'din iż-żona hemm konċentrazzjoni qawwija ta' ħaddiema.
Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej.
Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.