Jitlef il-kontroll u jibqa' dieħel fil-barrikati fi Triq Aldo Moro

Is-sewwieq qed isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta' 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat mal-barrikati tal-ġebel li hemm bħalissa fi Triq Aldo Moro.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs fil-karreġġjati li jagħtu għall-Belt Valletta.

Jidher li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura u baqa' dieħel f'dawn il-barrikati li qed jintużaw biex jidderieġu t-traffiku minħabba x-xogħlijiet marbuta mal-junction tal-Marsa.

Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei.

More in Kronaka