Żagħżugħ jweġġa' wara li waqa' sular fl-Imsida

Il-każ seħħ fi Triq Anton Vassalli għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta' dalgħodu

Żagħżugħ ta' 22 sena mir-Repubblika Ċeka qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' għoli fi Triq Anton Vassalli fl-Imsida.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta' dalgħodu.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li ż-żagħżugħ kien bilqiegħda fuq ċint meta għal xi raġuni għeleb u waqa' għal fuq ċinta li kienet ftit 'l isfel.

Huwa waqa' għoli ta' madwar sular.

Tim mediku ssejjaħ immedjatament fuq il-post u ħa liż-żagħżugħ Mater Dei.

More in Kronaka