Sewwieq ta' mutur isofri ġrieħi gravi

...dan wara ħabta fi Triq il-Mosta f'San Pawl il-Baħar

Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta ma' vettura oħra f'San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00pm fi Triq il-Mosta.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur li għandu 58 sena ħabat ma' vettura oħra misjuqa minn tfajla ta' 22 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei.

More in Kronaka