Qorti | Jgħixu ta' sinjuri imma kellhom il-benefiċċji soċjali deħlin

Rappreżentant tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixhed fil-Qorti...

L-aħwa Degiorgio
L-aħwa Degiorgio

Illum fil-Qorti kienu żvelati dettalji ta' kif, minkejja l-lussu li kienu qed jgħixu fih l-aħwa Degiorgio, akkużati bil-qtil ta Daphne Caruana Galizia, dawn kienu qed jirċievu l-benefiċċji soċjali. 

Ix-xahar li għadda l-Qorti kienet semgħet kif kemm George u anke Alfred Degiorgio qed jgħixu fil-lussu, minkejja li kienu rreġistrati bħala persuni mingħajr impjieg. 

Waqt il-kontinwazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-evidenza rappreżentant tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qal lill-Qorti illi George Degiorgio kien qed jirċievi benefiċċji tal-ġenituri waħedhom u children's allowance, filwaqt li Alfred Degiorgio kien qed jirċievi xi benefiċċji oħrajn. 

More in Kronaka