Jisimgħuh jgħajjat għall-għajnuna fl-Aħrax tal-Mellieħa

Raġel jaqa' wara ċint għoli sitt filati u jinstema' kmieni dalgħodu jokrob biex jingħata l-għajnuna

Raġel ġie salvat mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili wara li waqa' għoli fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-5:30, meta l-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm persuna tgħajjat għall-għajnuna.

Malli waslu fuq il-post, huma sabu lir-raġel li għandu 41 sena u li kien waqa' wara ċint għoli sitt filati.

Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi

More in Kronaka