Żagħżugħa l-isptar wara ġlieda bejn żewġt irġiel

Iż-żagħżugħa li għandha 25 sena qalgħet daqqa ta' oġġett iebes

Ritratt arkivji
Ritratt arkivji

Żagħżugħa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li qalgħet daqqa ta' oġġett iebes waqt li kienet involuta fi ġlieda bejn żewġt irġiel.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda fi Sqaq l-Ajkla fil-Marsa għall-ħabta tas-1:00am

Mill-ewwel informazzjoni jidher li qam argument bejn żewġt irġiel ta' 30 u 33 sena u li fih kienet involuta wkoll iż-żagħżugħa ta' 25 sena.

Għal xi raġuni, ir-raġel ta' 30 sena ta d-daqqa liż-żagħżugħa.

It-tliet persuni huma mill-Eritrea.

Iż-żagħżugħa ttieħdet immedjatament Mater Dei għall-kura u l-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka