Jittajjar tfajjel li kien qed isuq rota

Il-każ seħħ fi Triq Fleur-de-Lys f'Birkirkara

Tfajjel ta' 14-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fi Triq Fleur-de-Lys f'Birkirkara.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tfajjel kien qed isuq ir-rota meta għal xi raġuni ntlaqat minn karozza misjuqa minn anzjan ta' 66 sena mill-Belt Valletta.

It-tfajjel itteħed immedjatament l-Isptar Mater Dei u l-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ

More in Kronaka