Mara titlef ħajjitha wara inċident b'mutur

Mutur jaħbat ma' vettura oħra u mara tispiċċa titlef ħajjitha

Mara ta' 63 mill-Gżira tilfet ħajjitha ftit tal-ħin ilu hekk kif kellha tiddaħħal l-Emerġenza wara inċident iktar kmieni illum.

L-inċident traġiku seħħ fi Triq il-Marfa, l-Għadira għall-ħabta tal-4:20p meta l-mutur ħabat ma' 'coach' oħra u spiċċa mal-art.

Il-mara kienet passiġġier fuq il-mutur misjuq minn raġel ta' 40 sena minn Birkirkara, li ma sofriex minn ġrieħi

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka