Sewwieq anzjan ta' mutur isofri ġrieħi gravi

...dan wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Ħal Kirkop

Sewwieq anzan ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30am, fi Triq l-Industrija f'Ħal Kirkop.

Jidher li l-anzjan li għandu 77 sena, ħabat ma' vettura misjuqa minn mara ta' 38 sena. 

L-anzjan ittieħet immedjatament l-isptar għall-kura. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.

More in Kronaka