Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Ritratti | Jinqatlu żewġ ċikonji oħra; Minn 18-il ċikonja baqa' biss seba'

Jidher li l-kaċċatur inqabad u mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin

Yendrick Cioffi / 16 t'Awwissu 2018 09:33
Ilbieraħ inqatlu żewġ Ċikonju Bojod oħra wara li l-ġimgħa li għaddiet inqatlu erba' ċikonji oħra.

Dan ifissier li minn 18-il ċikonja li waslet Malta nhar il-Ġimgħa li għadda, in-numru niżel għal 7. Skont BirdLife Malta, uħud minnhom intilfu minħabba l-kaċċa illegali.

Jidher li dawn iż-żewġ ċikonji bojod inġabru mill-inħawi tal-Magħtab ilbieraħ filgħaxija. 

Minkejja li dawn ittieħdu mill-ewwel għand veterinarju, iż-żewġ ċikonju mietu ftit tal-ħin wara, bil-veterinarju jikkonferma li dawn intlaqtu minn tiri.

Intant, fuq Twitter, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali qal li l-kaċċattur inqabad u insista li l-Gvern mhux se jittollera l-ebda illegalità.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook