Filmati | Il-Forzi Armati jsalvaw 114-il immigrant li kienu qed jegħrqu

-immigranti mistennija jiddaħħlu Malta għall-ħabta tal-5:00pm

Kmieni dalgħodu, il-Forzi Armati ta' Malta salvaw 114-il immigrant li kienu abbord dinghy żgħir madwar 53 mil nawtiku fin-nofsinhar ta' Malta.

L-immigranti nlemħu mill-Forzi Armati waqt ir-ronda ta' rutina li ssir minn ħin għall-ieħor.

Skont l-istqarrija, id-dinghy kien qed jegħreq ftit ftit iżda l-immigranti ġew salvati fil-ħin.

L-immigranti ddaħħlu Malta għall-ħabta tal-4:30pm u tniżżlu f'Haywharf fil-Furjana.

 

Intant, bħalissa Malta qed tkun akkużata li flimkien mal-Italja qed tirrifjuta madwar 140 immigrant li jinsabu abbord il-bastiment Aquarius wara li ġew salvati fil-Mediterran.

Dan huwa t-tieni grupp ta' immigranti li se jkunu qed jintniżżlu f'Malta wara li fis-27 ta' Ġunju li għadda, il-Gvern aċċetta li jieħu l-234 immigrant li kienu abbord il-bastiment Lifeline u dan wara li tmien pajjiżi oħra kienu qablu li jgħinu lil Malta.

Fl-1 ta' Lulju li għadda, grupp żgħir ta' disa' immigranti kien irnexxielhom jidħlu abbord dgħajsa żgħira f'Wied il-Għajn.

More in Kronaka