Joqtol b'idejh qattusa li bdiet iddur mal-imwejjed ta' ristorant

Il-Pulizija tikkonferma li waslilha rapport u qed tinvestiga l-każ

Mara qed tallega li raġel anzjan qatel qattusa b'idejh b'għadd ta' daqqiet quddiem ristorant qabel tinżel il-Bajja ta' Għajn Tuffieħa.

Il-mara kitbet fuq Facebook tisħaq li waqt li kienet qed tiekol fir-ristorant, anzjan ġera wara qattusa li kienet qed iddur mal-imwejjed tar-ristorant.

Skont il-mara, l-anzjan laħaq il-qattusa u qatilha fuq il-post b'diversi daqqiet.

Insistiet ukoll kif kienu diversi persuni li bdew jippruvaw iwaqqfu lir-raġel iżda ma tax kashom.

Ir-raġel telaq minn fuq il-post b'karozza.

Il-Pulizija kkonfermat il-każ u qalet li qed tinvestigah wara li saħansitra waslilha rapport.

More in Kronaka