Il-Ministru Herrera jkompli bil-ħidma wara li kien involut f'inċident tat-traffiku

...minkejja li ddaħħal l-Isptar flimkien ma' martu huwa ġie rrillaxxat ftit tal-ħin wara

Il-Ministru José Herrera kien involut f'inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tan-12:30am ġewwa Ħ'Attard.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Kliema qal li l-Ministru, li kien passiġġier f'karozza privata u anke l-mara tiegħu, kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni.

Minkejja dan huma ġew irrilaxxati ftit tal-ħin wara bil-Ministeru jisħaq li Herrera kompla bil-ħidma tiegħu.

More in Kronaka