Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Żewġ persuni l-Isptar wara allegat attakk b'sikkina

Il-każ seħħ dan il-lejl fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa

Yendrick Cioffi / 13 t'Awwissu 2018 10:10
Żewġ persuni min-Niġerja ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li qed jallegaw li ġew attakkati b'sikkina minn persuna oħra, mhux Maltija.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-aħbar ma' dan is-sit u qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu fi Triq Diċembru 13.

Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit ikkonfermaw ukoll li ż-żewġt irġiel iddaħħlu Mater Dei bi ġrieħi li jaqblu ma' dawk ta' daqqiet ta' sikkina.

Qabel marru Mater Dei, iż-żewġ Niġerjani marru minn jeddhom fiċ-Ċentru tas-Saħħa għall-Kura. 

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook