Nirien fi pjazza Sant Anna f'Tas-Sliema

Ħaddiem l-isptar wara li sofra ġrieħi ħfief...

L-itsabbiliment fejn kien hemm in-nar
L-itsabbiliment fejn kien hemm in-nar

Iktar kmieni illum parti minn stabbiliment tal-ikel fi Pjazza Sant'Anna, Tas Sliema nħakem minn nirien. Jidher li dan in-nar beda mill-bitħa ta' dan l-istabbiliment b'persuna li taħdem hemm tgħid lill-illum.com.mt illi kienu fortunati li n-nar kien intefa' minn ħaddiem stess, qabel ma laħaq it-tank tal-gass li kien hemm fil-bitħa. 

Wieħed mill-ħaddiema kellu jttieħed l-isptar minħabba ġrieħi ħfief sforz ta' ftit ħruq f''idejh. 

Kien ħaddiem fil-kċina li nduna bin-nirien u tefa' kollox b'fire extinguisher. Malli waslu l-vetturi tal-Protezzjoni Ċivili kien hemm biss ammont ta' duħħan ħiereġ mill-ħanut.

More in Kronaka