Qorti | Ħelsien mill-arrest għal raġel akkużat illi kien parti minn serqa ta' ġojjelli u flus

Il-Libjan intrabat mill-Qorti li jħallas €2,000 f'garanzija personali...

Raġel Libjan ta' 28 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta illi pparteċipa f'serqa ta' appartament fl-Imsida, liema serqa seħħet lura fl-2016. 

Ir-raġel kien akkużat illi seraq ġojjellerija u flus li l-valur tagħhom jeċċedi l-€2,329. 

Huwa aċċetta l-ħtija li kien parti mill-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tas-serqa, imma qal li hu ma seraq xejn. Minn naħa tagħhom il-vittmi m'għadhomx jgħixu Malta u allura ma setgħux jiġu biex jagħtu x-xhieda tagħhom. 

Minħabba dan il-fatt u minħabba li l-akkużat ikkopera fl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni qalet li mhux se tkun qed titlob li l-akkużat jintbagħat il-ħabs. 

Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lill-Libjan u ordnatlu jiffirma kuljum fl-għassa ta' Birżebbuġa. Rabtitu wkoll b'garanzija personali ta' €2,000 u ordnatlu jiddepożita l-karta tal-identità u l-passaport tiegħu. 

L-ispetturi Jonathan Ransley u Therese Sciberras mexxew il-prosekuzzjoni filwaqt li Ismael Psaila deher għall-akkużat.

More in Kronaka