Carer ta' San Vinċenz sospiż wara li 'abbuża' minn anzjan

Il-każ jinsab f'idejn il-Pulizija wara li l-anzjan kellu jiddaħħal l-isptar

Anzjan residenti fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule ddaħħal l-isptar Mater Dei wara allegat każ ta' abbuż minn carer.

Fi stqarrija, l-amministrazzjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule qalet li immedjatament bdiet bl-investigazzjonijiet u rreferiet dan il-każ għand il-pulizija.

Il-ħaddiem ġie sospiż mill-post tax-xogħol sakemm tintemm din l-investigazzjoni.

More in Kronaka