Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Aġġornata | Persuna mejta u 40 feruti wara splużjoni viċin l-ajruport ta' Bologna

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu u jidher li weġġgħu xi persuni

Yendrick Cioffi / 6 t'Awwissu 2018 15:01
Ritratt | TGCOM 24
Persuna tilfet ħajjitha u madwar 40 oħra weġġgħu wara li trakk tal-gass sploda viċin l-ajruport ta' Bologna fl-Italja.

Skont l-ewwel informazzjoni, fuq is-siti tal-aħbarijiet Taljani, jidher li l-isplużjoni seħħet wara inċident tat-traffiku li fih kien involut it-trakk.

L-isplużjoni tat-trakk wasslet biex diversi karozzi oħra li kienu fil-viċin spiċċaw biex ħadu n-nar u splodew ukoll.

Dan apparti li mal-isplużjoni waqgħet biċċa minn pont fl-istess autostrada fejn seħħ l-inċident.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook