Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Erba' persuni l-isptar wara ħabta fil-Mosta

Żewġ anzjani li kienu passiġġiera qed isofri minn ġrieħi gravi

Yendrick Cioffi / 6 t'Awwissu 2018 11:28
Ritratt | Mill-Arkivji
Erba' persuni weġġgħu u ddaħħlu l-isptar Mater Dei wara ħabta li seħħet ilbieraħ fil-Mosta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra fi Triq il-Fortizza.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta' 21 sena min-Naxxar u vettura misjuqa minn Amerikana ta' 66 sena residenti Tas-Sliema.

Mal-Amerikana kien hemm passiġġiera żewġ anzjani oħra. Mara ta' 64 sena minn Tas-Sliema u anzjana ta' 85 sena min-Naxxar.

Fuq il-post kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-persuni mill-vetturi.

Aktar tard, iż-żewġ sewwieqa ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li ż-żewġ passiġġiera qed isofru minn ġrieħi gravi.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook