Qorti | Itih daqqa ta' flixkun wara li ħabat miegħu f'Paceville

Turist Franċiż jispiċċa l-Qorti wara li ta' daqqa ta' flixkun lil raġel Malti f'Paceville lbieraħ...

(Arkivji)
(Arkivji)

Turist Franċiż deher quddiem il-Qorti wara li allegatament ta' daqqa bi flixkun imkisser lil raġel Malti wara li dan ħabat miegħu.

Iż-żgħażugħ ta' 24 sena minn Lyon  kien fis-sakra waqt il-ġlieda, li ġrat fit-taraġ ta' Santa Rita f'Paceville, ilbieraħ.

Il-Franċiż kien akkużat li weġġa lill-vittma u kkawżalu ġrieħi gravi u li kien fis-sakra u li kiser il-paċi pubblika. L-akkużat, illi huwa student, l-ewwel ta' daqqa ta' ponn lill-Malti, biex imbagħad kisser flixkun u tah daqqa bih. 

Il-Franċiż kien ilu Malta, tliet'ijiem f'vaganza ta' tliet ġimgħat. 

I-Qorti m'aċċettatx it-talba għal ħelsien mill-arrest. 

More in Kronaka